Raġel sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Marfa, fil-Mellieħa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti l-Mellieħa kien intlaqat minn Kia Ceed misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Ħamrun.
Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li sejħet fuq il-post.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.