Thursday, December 26, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn tal-linja fil-Gżira

Aqra wkoll

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-2:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Gżira. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar kien intlaqat minn tal-linja tal-għamla Otokar Kent misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti Santa Venera. 

Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ minnufih fuq il-post sakemm ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport