Sunday, November 24, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-9:45 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel min-Nepal ta’ 44 sena residenti l-Imsida, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport