Tuesday, May 14, 2024

L-ebda club mhu lest li jħallas it-talba ta’ Altetico Madrid għal Joao Felix

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Portugiż, Joao Felix, irid jitlaq lil Atletico Madrid  iżda filwaqt li kien offrut lil Juventus, Milan, Pari St Germain, Arsenal u Manchester United, l-ebda club m’huwa lest li jħallas is-somom kbar mitluba.

Dan il-player ta’ 23 sena sar l-aktar wieħed għali fl-istorja ta’ Atletico meta ħallsu €127 miljun biex iffirmawh mingħand Benfica fis-sajf tal-2019.

Madankollu, ir-relazzjoni tiegħu mal-coach, Diego Simeone, m’għadhiex daqstant tajba fejn ġie utilizzat 19-il darba biss dan l-istaġun. Huwa skorja ħames goals u rreġistra tliet assists.

Rapporti qed isostnu li Atletico jinsabu lesti li jħallu lil Felix jitlaq b’self għall-kumplament tal-istaġun bis-somma mitluba hija dik t’a €15-il miljun.

Barra minn hekk, il-club ikollu jkopri €6 miljun ta’ pagi għall-istess perjodu.

Sport