Raġel iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Annibale Preca, Ħal Lija.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel, Norveġiż ta’ 28 sena residenti Ħ’Attard kien qiegħed isuq rota, tilef il-kontroll u waqa’.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.