Raġel weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel mill-Ghana, kien qiegħed jagħmel xi xogħol ġo xaft u waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari.
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li ta l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ssejjħet fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin