Friday, May 17, 2024

Illum jasal f’Malta Russell Crowe

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attur famuż Russell Crowe mistenni jasal Malta fil-ħin li ġej. Dan hekk kif is-Sibt li ġej huwa se jkun qiegħed jagħti kunċert mal-band tiegħu ‘The Gentlemen Barbers’ fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.

Fil-kunċert se jieħdu sehem ukoll kantanti barranin fosthom Jenet Devlin u O’Reilly. Magħhom se jingħaqdu wkoll kantanti Maltin fosthom Ira Losco u Ivan Grech.

Fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter fl-aħħar jiem l-istess Crowe stieden lill-pubbliku biex jattendi għal dan il-kunċert. 

Intant fl-aħħar sigħat huwa tella’ ritratt fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn staqsa lin-nies fejn kien qiegħed b’xena ta’ ajruport fl-isfond li nifhmu li kien fi triqtu lejn Malta.

Sport