Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-2:00 a.m kien involut f’inċident fi Triq l-Imrejkba f’San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 32 sena minn Ħ’Attard kien waqa’ minn gallarija wara li għeleb meta għal xi raġuni ċeda l-ilqugħ tal-istess gallarija.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.