Raġel Awstrijak ta’ 47 sena weġġa’ serjament wara li safa aggredit minn xi persuni f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.00 p.m., f’ħanut fix-Xatt ta’ San Ġorġ.
Il-Pulizija marret fuq il-post iżda l-allegati aggressuri kienu laħqu ħarbu minn fuq il-post.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Iweġġa’ serjament wara li safa aggredit f’San Ġiljan
