Monday, April 29, 2024

Rabja kbira għar-reazzjoni ta’ Acerbi wara l-gowl ta’ Milan fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Il-partitarji ta’ Lazio jridu lill-club biex iwaqqfu b’mod ħesrem il-kuntratt ta’ Francesco Acerbi wara r-reazzjoni tiegħu mal-goal ta’ Milan fit-telfa ta’ 2-1. 

Huwa kien diġà ġie kkritikat bl-aħrax mill-partitarji ta’ Lazio u s-sitwazzjoni marret għall-agħar proprju f’din il-logħba. 

Il-partitarji ħassewhom umiljati meta deher jitbissem wara li l-Milanisti skorjaw il-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud. Aktar minn hekk, il-goal wasal fil-ħin miżjun minn żball tiegħu meta kklerja qasir biex il-ballun wasal għand Zlatan Ibrahimovic li kompla lejn Sandro Tonali li tefa’ l-ballun fix-xibka. 

Il-partitarji lemħu li Acerbi jitbissem fejn anke d-difensur Marusci deher irrabjat, tant, li mar jgħajjat miegħu. 

F’din il-partita s-sitwazzjoni kienet  ta’ tensjoni kbira, hekk kif l-ultras ta’ Lazio mill-Curva Nord ibbojkottjaw il-partita bi protesta minħabba l-prezzijiet għoljin tal-biljetti. Infatti huma baqgħu barra minn Stadio Olimpico.

Sport