Wednesday, April 24, 2024

Lionel Messi se jibqa’ ma’ Paris St Germain

Aqra wkoll

Lionel Messi se jibqa’ ma’ Paris Saint-Germain l-istaġun li ġej. Huw għadu jittama li jirbaħ iċ-Champions League mal-club Franċiż.

Messi fadallu sena kuntratt fil-Parc des Princes u hu mifhum li hu determinat li jwettaqha. Ma qatax qalbu mit-tisfir li rċieva mingħand xi partitarji tal-Pariġini.

Messi jifhem li l-prijorità ta’ PSG hija li jirbħu ċ-Champions League u jaċċetta li l-mod tat-telfa tagħhom fl-Aħħar 16 tagħhom ma’ Real Madrid kien falliment bla mitigazzjoni. Huwa jrid li jagħmel tajjeb għal dan.

Meta l-kuntratt tal-Arġentin jiskadi fis-sajf tal-2023 ikun wasal iż-żmien li jiddeċiedi x’se jkun l-pass li jmiss tiegħu; jista’ imur l-Istati Uniti jew l-Arġentina.

Iżda sa dak inhar l-attenzjoni tiegħu hija purament fuq PSG. Messi kkontribwixxa tmien goals u 13-il assist dan l-istaġun.

Sport