Erba’ żgħażagħ li għandhom bejn l-14 u s-17-il tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati li wettqu serq aggravat bi vjolenza minn karozzi li joffru servizz ta’ trasport f’pajjiżna.
L-Ispetturi Prosekuturi Gabriel Kitcher u Antonello Magri quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq qalu li l-Pulizija kienu rċivew rapport dwar serq li kien seħħ bi vjolena fil-5 ta’ Marzu minn Ħaż Żabbar u serqa oħra fis-7 ta’ Marzu minn Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar u Bormla.
F’wieħed mill-każi s-sewwieq tat-taxi ta filmat lill-pulizija biex setgħu jiġu ddentifikati ż-żgħażagħ. Kien hawn li huma ġew arrestati u mitkellma mill-Pulizija.
Iż-żgħażagħ wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. Tlieta mill-akkużati ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u baqgħu jinżamm arrestati fit-Taqsima YOURS filwaqt li r-raba’ akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest.