Christopher Victor Jean Arzur Franċiż ta’ 39 sena li fil-qorti qal li jgħix Tas-Sliema, tressaq il-Qorti li fit-2 ta’ Diċembru abbbuża fiżikament lis-sieħba tiegħu u kkaġunalha ġrieħi gravi. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.30am f’lukanda.
L-Ispettur Omar Zammit li mexxa l-prosekuzzjoni akkuża wkoll lil Franċiż li wettaq ħsara fil-lukanda fejn kienu qegħdin u li din il-ħsara tammonta għal €250. Kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.
Meta ġie mistoqsi dwar il-ħtija, l-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi kontrih.
L-Ispettur qal li s-sieħba tiegħu kkonfermat miegħu li din kienet l-ewwel darba li ġara hekk u l-akkużat kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Il-Maġistrat Joe Mifsud li sema’ l-każ qal li l-ebda minn dawn ir-raġunijiet ma tiġġustifika dak li għamel. Sġjega li f’kull relazzjoni dejjem se jkun hemm xi argument, iżda dawn ma jistgħux jaslu biex ikunu vjolenti.
Wara li sena kemm lil Prosekuzzjoni u anke lid-difża, il-Maġistrat kkundannat lil Franċiż sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ħareġ ordni ta’ trażżin għal tliet snin.
Għall-akkużat deher l-Avukat Paul Fenech.