Monday, May 13, 2024

Tkompli s-sensiela pożittiva ta’ Naxxar Lions

Aqra wkoll

Naxxar Lions …..2

Gudja United …..1

Naxxar Lions komplew għaddejjin bis-sensiela po­­żittiva meta din id-darba għelbu lil Gudja Uni­ted bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal tar-rebħa jasal tliet minuti mit- tmiem. 

Kienu n-Naxxarin li fetħu tajjeb u wara seba’ minuti, Pablo De Carvalho bidel il-ballun ma’ Da Silva Moreiro iżda t-tenattiv ta’ De Carvalho spiċċa barra. Fis-16-il minuta Naxxar fethu l-iskor, peremzz ta’ xutt mill-viċin ta’ MOREIRO DA SILVA.

Madankollu, erba’ minuti wara Gudja ġabu l-iskor indaqs meta, GABRIEL MENSAH minn daqqa ta’ ras mill-viċin għeleb għal kollox lill-goalkepeer, Matthais Debono.

Fis-27 minuta Yamaguchi ġie wiċċ b’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Gudja, Justin Spiteri, iżda dan tal-aħħar, dawwar tajjeb f’corner.

Fis-56 minuta Pablo De Carvalho kellu d-daqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit barra. Żewġ minuti biss wara, xutt fil-baxx ta’ Gabriel Mensah ġie salvat tajjeb minn mal-art mill-goalkeeper Matthias Debono.

Fis-60 minuta Yamaguchi kellu xutt b’saħħtu li ġie mdawwar f’corner minn Spiteri.

Fit-83 minuta xutt insidjuż fil-baxx ta’ De Carvalho reġa’ sab lil Spiteri attent, li salva tajjeb.

Dan sabiex fis-87 minuta, Naxxar skorjaw il-goal tar-rebħa mis-sostitut Brażiljan MAICON DE SOUZA li permezz ta’ xutt mill-isbaħ tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka fost il-ferħ tal-partitarji tal-Lions.

Naxxar L: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef (11-Daren Falzon 66), 5-Fernando Barbosa, 8-Neil Pace Cocks (23-Maicon Da Silva 66), 9-Pablo Servo de Carvalho (7-Mark Fenech 90), 10-Farias Edson Cerqueira, 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Santo Da Conceicao, 22-Wiliam Moreiro Da Silva, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella

Gudja Utd: 90-Justin Spiteri, 5-Armando Dos Santos Brenner, 7-Gianluca Antonio Lorenzoni, 9-Perea Angulo Angulo, 11-Matias Muchardi, 13-James Arthur (12-Luca Gatt 74), 17-Gabriel Mensah, 22-Mango Fernandes Mendes, 39-Zak Grech, 8-Sean Cipriott (19-Mathias Conti 67), 88-Mirko Esposito – Coach: Jesmond Zammit

Referee: Daniel Portelli

Assistenti: James Muscat, Max-Lee Muscat

Raba’ Uff: Matthew De Gabriele

Skorers: W. Moreia Da Silva Marcilio 16, Maicon Da Silva 87 (N), G. Mensah 87 (G)

Ammoniti: E. Espirito Santo, W. Marcilio, D. Falzon (N), M. Fernandes (G)

Sport