Monday, December 23, 2024

Iwiegħed tnaqqis fir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb

Aqra wkoll

“Irridu ninċentivaw l-industrija tat-turiżmu sabiex inkomplu nsaħħu dan il-qasam tant kruċjali għal pajjiżna, prinċiparjament billi nagħtu spinta kbira lill-istabbilimnenti tal-ikel u x-xorb bi tnaqqis fir-rata tal-VAT.”

Dan stqarru l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’attività indirizzata minn taħt it-tinda ġewwa l-Mellieħa. B’riferenza għall-industrija tat-turiżmu, li hija tant b’saħħita f’din il-lokalità, il-Partit Nazzjonalista jrid illi jinċentiva din l-industrija sabiex noħolqu industrija tat-turiżmu evoluta; b’valur ogħla bl-inqas impatt ambjentali possibbli. Dan kollu bbażat fuq il-100 proposta ppubblikati fil-Pjan tal-Irkupru tat-Turiżmu 2+8.

L-Industrija tat-turiżmu se tkun qed tgawdi wkoll minn spinta grazzi għat-tnaqqis fir-rata tal-VAT għal 7% lil dawk l-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb; stabbilimenti tant kruċjali għal din l-industrija.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żgura wkoll li Gvern Nazzjonalista se jkun qed jaħdem biex mis-sajf li ġej il-festi jkunu ċċelebrati kif nafuhom u kif kienu jiġu ċċelebrati sa sentejn ilu, għaliex minbarra li huma parti mill-patrimonju tagħna, huma wkoll għandhom sehem kruċjali għas-suċċess tal-industrija tat-Turiżmu. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar ukoll li Gvern ġdid Nazzjonalista joħloq spazji organizzati u mantenuti għall-camping bil-faċilitajiet meħtieġa: dawl, ilma, iġjene, faċilitajiet tat-tisjir u l-bqija.

Ekonomija

Sport