Sunday, December 22, 2024

Ix-xhieda ta’ psikologa li tista’ tiswa lil Heard €47 miljun f’danni lil Depp

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’nofs il-battalja legali li tista’ tiswa lil Heard €47 miljun f’danni lil Depp, ħarġet ix-xhieda ta’ Shannon Curry, psikologa f’Kalifonja u l-Hawaii li għamlet evalwazzjoni ta’ Heard. Curry qalet li għal dan l-eżerċizzju hija qattgħet 12-il siegħa mal-attriċi u fl-opinjoni professjonali tagħha, hija kkonkludiet li Heard għandha kemm id-diżordi fil-personalità “borderline”, kif ukoll id-diżordni fil-personalità “histrionic”. Min-naħa tagħha Heard issostni li qiegħda ssofri mid-diżordi ta’ stress wara trawma (PTSD). 

Fi “Newsweek” ġiet irrapportata t-testimonjanza ta’ Curry fejn qalet li minħabba l-kundizzjoni tagħha Heard tagħti kas ħafna tad-dehra tagħha u x’jaħsbu n-nies dwarha; għandha riskju akbar li tkun kattiva u tagħti t-tort lil ħaddieħor; u li mhiex kapaċi tammetti jew tieħu r-responsabbiltà ta’ xi azzjoni ħażina jew żball li tkun għamlet. 

Id-diżordni “Histonic”, aktar komuni fin-nisa, hija diffiċli biex tkun djanjostikata li twassal għal drama esaġerata, emozzjonijiet instabbli u idea żbaljata tal-apparenza personali. Fl-istess ħin, min ibati minnha jkollhom xewqa kbira għall-attenzjoni. Biex persuna tkun djanjostikata bihom irid ikollha mill-inqas ħames minn disa’ kriterji li jinkludu li persuna tkun skomda jekk ma tkunx iċ-ċentru tal-attenzjoni; bidla f’daqqa tal-emozzjonijiet; aġir drammatiċizzat; reċtar qisha quddiem udjenza; emozzjonijiet esaġerati; espressjonijiet esaġerati iżda mhux kredibbli; u bżonn li tkun aċċettata.

Ekonomija

Sport