Saturday, December 21, 2024

Ix-xogħlijiet fuq l-iskejjel taż-Żebbuġ u Kerċem mistennija jibdew is-sena d-dieħla

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’dak li jirrigwardja l-proġetti kapitali, il-Ministru Camilleri spjega kif matul din is-sena, ix-xogħol fil-kumpless edukattiv tar-Rabat baqa’ għaddej b’ritmu tajjeb ħafna sabiex l-iskola primarja l-ġdida fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba f’Settembru ta’ din is-sena u hekk ħadet post dik l-antika, magħrufa bħala l-Vajrinġa.

Matul it-tielet kwart tas-sean ġie pubblikata sejħa għall-offerti sabiex isir rinovar u tisbiħ estensv tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ. Qed tiġi abbozzata sejħa oħra għall-offerti biex isir l-istess fl-Iskola Primarja ta’ Kerċem. Żewġ proġetti li huma maħsuba li joffru spazji edukattivi, moderni u komdi għat-tfal u l-edukattivi li se jsiru b’investiment ta’ madwar tliet miljun ewro kull skola.

Il-Ministru Camilleri żied jispjega li x-xogħlijiet fuq l-iskejjel taż-Żebbuġ u Kerċem ser jibdew matul s-sena li ġejja hekk kif ikun konkluz il-process ta’ procurement.

Dwar il-proġett tal-Iskola Primarja tan-Nadur, spjega kif dan involva t-tisbiħ estensiv tal-iskola primarja eżistenti, b’investiment ta’ €6.3 miljun, liema fondi ġew assorbiti minn fondi ewropej permezz tal-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta.

Dwar il-Kumpless Akkwatiku u Sportiv, il-Ministru Camilleri qal li “wasalna sabiex fix-xhur li ġejjin niftħu għall-ewwel darba l-aktar u l-aqwa investiment sportiv li qatt rajna f’pajjiżna!”.

Dan il-kumpless huwa mifrux fuq medda ta’ madwar 5,000 metru kwadru u se jkun mgħammar b’faċilitajiet sportivi tal-aqwa livell u pixxina ta’ daqs Olimpiku fost l-oħrajn.​

Dan il-proġett huwa wieħed kruċjali għall-gżira Għawdxija u kif imwiegħed din se tkun faċilità mill-aqwa kif jixraq lill-isportivi Għawdxin u lil Għawdex fejn apparti t-taħriġ tal-atleti lokali, qed jaraw li dan iċ-ċentru ikun fattur ewlieni biex jitkompla jitkattar it-turiżmu sportiv hekk kif stabbilit fl-istrateġija turistika għal Għawdex.

“Dak li ħaddieħor għamel snin sħaħ iwiegħed u ma jwettaqx, aħna f’ħames snin se nkunu ħammilna s-sit, tellajna l-binja fuq footprint estensiv tal-ħamest it-tmiem, installajna l-makkinarju kollu, lestejna l-kumpless u sussegwement tajnieh lura lin-nies!” qal il-Ministru Camilleri.

Huwa kompla jgħid li wara li saret ir-riġenerazzjoni fil-Pjazza tal-Munxar, infetħet mill-ġdid Pjazza Santa Margerita f’Ta’ Sannat. Qal ukoll li wara diskussjonijiet kemm mal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria kif ukoll dak ta’ Għajnsielem, “fix-xhur li ġejjin inkunu nistgħu nħabbru żewġ proġetti kbar oħra fil-qalba tal-irħula tagħna.”

Ekonomija

Sport