Sunday, December 22, 2024

Ix-xogħol fuq id-dar tal-anzjani f’Għajnsielem jista’ jkompli wara battalja legali

Aqra wkoll

Wara diversi snin ta’ battalja legali, issa x-xogħol fuq id-dar tal-anzjani f’Għajnsielem f’Għawdex mistenni li jitkompla hekk  kif l-ogħla qorti laqgħet l-appell tal-konsorzju CareMalta. Se jkun dan il-konsorzju li se jlesti x-xogħlijiet u se jkun hu stess li se jopera l-ewwel dar tal-anzjani f’Għawdex miftuħa mill-Gvern.

Kien il-konsorzju Gold Care li kien appella mid-deċiżjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti li jagħti l-kuntratt lil Care Malta.

Meta kienet ħarġet is-sejaħ għall-offerti b’valur ta’ €30 miljun, din is-sejħa kienet tinkludi li minbarra li jiġi magħżul l-operatur dan ikollu l-obbligu li jattrezza d-dar bl-għamara u bit-tagħmir mediku meħtieġ, jipprvodi l-ikel, il-faċilitajiet, in-nursing u s-sevizzi kollha mitluba f’dar tal-anzjani li toffri kura fit-tul.

Il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi kien laqa’ l-oġġejzzjoni ta’ Gold Care u kien ħassar deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt.Il-Bord ta’ Reviżjoni kien ordna wkoll li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-offerta ta’ Gold Care.

Kienu l-Prim Imħallef Mark Chetcuti flimkien mal-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul li laqgħu l-appell li sar minn CareMalta. Fis-sentenza tagħhom l-Imħallfin qalu li Gold Care ma jagħtux serħan il-moħħ li se jibqa’ sħiħ għaż-żmien kollu tal-kuntratt u mhux jisfaxxa għax membru minnhom ma jiflaħx il-piż finanzjarju, mhux biss tal-kuntratt iżda tal-attività ekonomika kollha tiegħu.

Il-Qorti tal-Appel qalet fis-sentenza li “s-sejħa mill-Ministeru ta’ Għawdex kienet ċara” u qalet li dawk li jitfgħu l-offerta għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u mhux xi wieħed mill-parteċipanti ta’ konsorzju.

L-Imħallfin ordnaw lil Gold Care biex tħallas l-ispejjeż ta’ dan l-appell.

Ekonomija

Sport