Thursday, May 2, 2024

Serie A: Inter jirritornaw għar-rebħ … u jitilgħu fit-tieni post

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan Inter dawru telfa f’rebħa meta marru għand it-team ta’ qiegħ il-klassifika, Cremonese, u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex telgħu waħedhom fit-tieni post tal- klassifika, iżda, b’partita aktar.  

Il-protagonista tan-Nerazzurri kien, Lautaro Martinez (21, 65) li skorja ż-żewġ goals wara li David Okereke (11) fetaħ l-iskor għal Cremonese li huma destinati li jitilfu posthom. 

Empoli v Torino – Torino marru għand Empoli u temmew fi draw ta’ 2-2 wara li t-team ospitu fetaħ vantaġġ ta’ żewġ goals minn Sebastiano Luperto (37) u Razvan Marin (69).

Ir-rimonta ta’ Torino was­let fl-aħħar 10 minuta u skor­jaw darbtejn minn Samuele Ricci (82) u Antonio Sanabria (85).  

Bologna v Spezia – Bologna għelbu lil Spezia bl-iskor ta’ 2-0 biex filwaqt li huma telgħu aktar f’żona komda, ħallew lill-is­tess Spezia fin-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva ta’ Bologna fuq Spezia biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Stefan Posch (37) u Riccardo Orsolini (77).

Lecce v Salernitana – Salernitana marru għand Lecce u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1 biex qabżuhom l-14-il post tal-klassifika. 

Il-viżitaturi fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Boulaye Dia (5) u Tonny Vilhena (20) filwaqt li Gabriel Strefezza (23) wieġeb għal Lecce. 

Sport