Wednesday, November 18, 2026
Home Sport Iż-żagħżugħ JJ Gabriel isellem lil Manchester United … se jingħaqad ma’ Real...

Iż-żagħżugħ JJ Gabriel isellem lil Manchester United … se jingħaqad ma’ Real Madrid

0
29

Iż-żagħżugħ JJ Gabriel ikkonferma t-tluq tiegħu minn Manchester United permezz ta’ messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali. Il-player ta’ 16-il sena, meqjus bħala wieħed mill-akbar talenti fil-footbal Ingliż, irringrazzja lill-club għall-għajnuna fl-iżvilupp tiegħu bħala player u persuna.

Gabriel ingħaqad mal-akkademja tal-United fl-2020, meta kellu biss 10 snin. Fost l-aktar mumenti memorabbli tiegħu kien hemm li skorja f’Old Trafford u rebaħ il-premju Jimmy Murphy bħala l-aqwa pleayr żagħżugħ tal-club.

Huwa mistenni jingħaqad ma’ Real Madrid f’Jannar 2027, wara li talab biex jitlaq minn Manchester United f’Settembru. L-aħħar dehra tiegħu kienet kontra Sabah fil-UEFA Youth League, fejn skorja tripletta f’rebħa ta’ 5-0.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here