Wednesday, November 18, 2026
Home Sport UEFA Nations League: In-Norveġja fil-kwarti-finali b’permezz ta’ penalty fl-aħħar sekondi tal-ħin miżjud

UEFA Nations League: In-Norveġja fil-kwarti-finali b’permezz ta’ penalty fl-aħħar sekondi tal-ħin miżjud

0
35

In-Norveġja kisbet rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra d-Danimarka f’Copenħhagen, wara li wettqet rimonta spettakolari biex aċċertat postha fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Nations League.

Id-Danimarka bdiet tajjeb u marret 2-0 minn fuq permezz ta’ Rasmus Hojlund fil-11-il minuta u Pierre-Emile Hojbjerg tliet minuti wara.

Madankollu, in-Norveġja ma qatgħux qalbhom u Erling Haaland naqqas id-distakk fis-37 minuta. Wara l-mistrieħ, il-viżitaturi komplew jippressaw u Martin Odegaard kiseb id-draw fl-84 minuta.

In-Norveġja kisbu ir-rebħa fil-ħin miżjud permezz ta’ penalty ta’ Haaland, fis-96 minuta, wara intervent tal-VAR għal hands ta’ Joachim Andersen.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here