Thursday, April 25, 2024

Iż-Żebbuġin maħsudin bit-traġedja li ħasdet ħajjet Mario “l-Bieżel”

Aqra wkoll

Il-komunità Żebbuġija qamet maħsuda għall-aħbar traġika li ħasdet il-ħajja ta’ Mario Vella, magħruf aħjar fost iż-Żebbuġin bħala “l-Bieżel”.

Vella, li kellu 57 sena, fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni taħt il-mini ta’ Ħal Kirkop, meta għal xi raġuni waqt li kien fuq il-‘high-up’ huwa spiċċa maqbud bejn is-saqaf tal-konkos tal-mina u l-istess ‘high-up’.

Sarah Agius Saliba, eks-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, kienet fost l-ewwel li fakkret lil Mario. “Xokk dalgħodu. Strieħ fis-sliem. Grazzi tas-servizz tiegħek fil-ħidma tal-Kunsill Lokali fi żmien li jien kont Sindku,” kitbet Agius Saliba.

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ukoll esprima n-niket tiegħu għall-mewt ta’ Vella.

Sport