Wednesday, July 24, 2024

“Iż-żgħażagħ huma l-moħħ ta’ pajjiżna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ Malta u Kap tal-Partit Laburista Robert Abela, qal li huwa kburi li fi ħdan il-Partit Laburista hemm żgħażagħ li verament jridu jkomplu jaħdmu biex il-partit jkompli jiġġeded. Il-Prim Ministru qal dan waqt id-diskors tiegħu waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Huwa appella liż-żgħażagħ biex qatt jistħu jitkellmu fuq ċerti materji anke jekk mhux dejjem ikun qbil. Huwa fakkar kif ħaddieħor “jbiddel biss għall-kożmetika u jdeffes rasu fir-ramel u ma jinbidilx.” Il-Prim Ministru qal li ż-żgħażagħ huma l-wiċċ ta’ pajjiżna u ma mgħandhom jiddejqu qatt jsemmu leħinhom. Kompla jgħid li huwa responsabbli li l-ħatriet ta’ nisa f’numru ta’ karigi importanti f’pajjiżna jkunu okkupati mis-sess femminili. “Din għandha ssir bħala norma u mhux eċċezzjoni.”

Il-Prim Ministru qal li bħalma fil-passat “ħlomna li jkun hawn il-benefiċċji soċjali u drittijiet ċivili fost oħrajn, dawn saru realtà grazzi għall-Partit Laburista u żgħażagħ fi ħdanu.”

Ekonomija

Sport