Sunday, December 22, 2024

“Iż-żgħażagħ tal-lum huma għatxana biex isiru jafu huma min huma”

Jitkellem il-Psikjatra Dr Mark Xuereb dwar l-identità tal-ġeneru u s-saħħa mentali

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Meta wieħed jitkellem dwar it-terminoloġiji tal-identità tal-ġeneru, hemm ħafna wieħed xi jgħid. Dan kollu juri li l-ġenerazzjoni tal-lum jinsabu għatxana sabiex jidentifikaw huma min huma. Dan ġie rrimarkat mill-psikjatra Dr Mark Xuereb, f’intervista li kellu ma’ Talk.mt.

“Dawn in-nies ikunu iktar f’riskju ta’ bbuljar”

Il-psikjatra Xuereb beda biex irrimarka kif dawn in-nies waqt li jkunu għaddejjin mill-proċess sabiex jidentifikaw lilhom infushom, jistgħu jkunu iktar f’riskju ta’ bbuljar, self-harm u li jkunu negattivi fuqhom infushom. Rigward dan, huwa appella lill-pubbliku sabiex kull min jaf lil xi ħadd li jista’ jkun għaddej minn din is-sitwazzjoni, għandu dejjem ikun hemm ta’ sapport.

Minbarra l-fatt li l-pubbliku jista’ jkun ta’ għajnuna għal dawn l-individwi, Xuereb qal li l-ewwel għajnuna għandha tibda mill-membri tal-familja. Huwa qal li l-qraba għandhom dejjem jagħtu l-appoġġ tagħhom lil kull membru tal-familja, speċjalment dawk li jkunu għaddejjin mill-identità tal-ġeneru.

Huwa spjega li dan il-proċess jinkludi illi wieħed ikollu bżonn kimika sabiex jinbidlulhom hormones. Dan bħal pereżempju meta tfajla tidentifika ruħha bħala ġuv- ni, ikun hemm il-bżonn li jwaqqfulha l-hormones. Qal ukoll li riċerka internazzjonali turi li din hija xi ħaġa tajba fl-interess tal-persuna, iżda wieħed ma jista’ qatt jinsa xi ħaġa li għalih hija kkunsidrata bħala importanti, dik li s-saħħa għandha tingħata l-ewwel prijorità.

“It-tfal huma s-sisien tas-soċjetà u tal-ġejjieni”

Bħala professjonist, il-psikjatra Mark Xuereb qal li jemmen li fejn jidħlu t-tfal wieħed irid joqgħod attent immens.

Huwa spjega kif barra minn Malta kien hemm storja fejn fi skola Amerikana, kien hemm persuna liebsa ta’ drag queen u marret ġo skola fejn kien hemm tfal li l-età tagħhom tvarja minn tliet snin sa għaxar snin. Huwa qal li din kienet ġabet kundanna qawwija fil-pajjiż u kien hemm bosta dawk li ma qablux ma’ din il- ħaġa.

Meta mistoqsi jekk jaqbilx ma’ din is-sitwazzjoni, Xuereb qal li bosta esperti u sesswologi barra minn Malta jirreferu għal dawn l-affarijiet bħala ħniżrijiet, minħabba l-fatt li lit-tfal qegħdin juruhom ilbies mhux xieraq. Xuereb qal li kull ġenitur, bħal kull individwu fis-soċjetà, għandu opinjoni differenti rigward dan is-suġġett.

Minkejja li mhux kulħadd huwa l-istess, huwa appella sabiex il-ġenituri jkunu għaqlin biżżejjed minħabba li t-tfal tal-lum huma l-ġenerazzjoni ta’ għada.

Spjega li jekk il-ġenituri jdaħħlu ċertu ideat lit-tfal minn ta’ età żgħira, speċjalment dawk it-tfal li huma vulnerabbli, li jistgħu jkunu f’riskju ikbar ta’ dipressjoni, ta’ logħob tal-azzard, vizzju ta’ xorb u vizzju tad-droga ġaladarba huma jikbru.

Studju Internazzjonali juri li dawn in-nies huma aktar f’riskju ta’ self-harm
Il-psikjatra rrefera għal studju li kien sar fl-Amerika fl-2019, fejn fih kważi 60 fil-mija tan-nies illi huma omosesswali rrappurtaw li kellhom ħsibijiet li jweġġgħu lilhom infushom.

Minbarra li jweġġgħu lilhom infushom, hemm ukoll ir-riskju li jgħaddu minn abbuż sesswali.

Rigward dan, Xuereb qal li skont ġurnal tal-Assoċjazzjoni Mediċinali tal-Pedjatrija, magħruf bħala JAMA iktar minn 200,000 transgender qalu li dawn kienu tliet darbiet iktar b’risposti li għaddew minn abbuż sesswali.

Ekonomija

Sport