Wednesday, March 19, 2025

Iżrael iwettaq aktar attakki fuq Gaża – iwiegħed li se jiġġieled fil-forza kollha

Aqra wkoll

Mill-inqas 13-il persuna nqatlu fil-Medda ta’ Gaża hekk kif Iżreal reġa’ bl-attakki tiegħu din id-darba jidher li huma agħar minn dawk li kien qiegħed iwettaq qabel. 

Il-Gvern Iżraelit qal li se jkompli bl-operazzjoni militari tiegħu fuq territorju Palestinjan hekk kif il-grupp militanti tal-Ħamas ma wasalx fi ftehim biex jitkompla l-wafien mill-ġlied.

Wieħed mill-attakki minn Iżreal sar f’żona fejn hemm it-tined li jitmewwx mill-għaqdiet umanitarji. F’dan l-attakk inqatlu żewġ persuni ċivili u ħamsa oħra spiċċaw midrubin.

Min-naħa tiegħu Iżreal qal li se jkompli bl-operazzjoni militari “bil-qawwa tal-forza kollha”. Qal ukoll li l-aħħar attakki kienu fuq siti fejn il-Ħamas kien qiegħed ilesti biex iwettaq attakk fuq Iżrael.

Il-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu ħabbar “li dan għadu biss il-bidu tal-attakki fuq Gaża”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport