Il-Ministru tad-Difiża Iżraelit ħareġ ordni lill-armta biex “jaħtfu aktar territorju fil-Medda ta’ Gaża” u din l-art se tibda tkun okkupata minn Iżreal.
Din l-ordni tibqa’ fis-seħħ sakemm il-grupp Ħamas ma jagħtix il-ħelsien lill-bqija tal-ostaġġi.
Il-Ministru qal li fis-sigħat li ġejjin il-Forzi tal-pajjiż se jżidu l-intensità fl-attakk u se jieħdu aktar art taħt idejhom u din l-operazzjoni se tibqa’ għaddejja sakemm il-persuni maħtufin kollha kemm dawk ħajjin u dawk mejtin jingħataw lura lil Iżreal.