Id-diriġenti tat-tim nazzjonali Ġermaniż u anke ta’ Bayern Munich jinsabu xi ftit inkwetati fuq il-kundizzjoni tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Jamal Musiala. Dan tal-aħħar weġġa’ waqt il-logħba mill-UEFA Champions League kontra Galatasaray li t-tim minn Munich rebħu 2-1 għalkemm f’dan il-konfront Musiala weġġa’.
F’dawn is-sigħat, Musiala jinsab fil-klinika fi Munich fejn qed isirulu t-testijiet sabiex tkun magħrufa l-gravita’ tal-injury. Sadanittant hu mhux se jkun fl-iskwadra ta’ Bayern Munich li fi tmiem din il-ġimgħa jilagħbu kontra Heidenheim.