Saturday, September 14, 2024

James Rodriguez ma’ Rayo Vallecano

Aqra wkoll

Il-plejer Kolombjan James Rodriguez se jirritorna fi Spanja fejn se jilbes il-flokk ta’ Rayo Vallecano. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u għadu ġej minn esperjenza mhux daqstant pożittiva ma’ Sao Paulo fejn ħassu ħuta barra mill-ilma skont ħafna ġurnalisti Brażiljani. Hu skorja biss żewġ gowls fi 18-il logħba.

James, kif inhu magħruf, se jkun qed jipprova jġedded il-karriera tiegħu fi Spanja wara esperjenza li kellu ma’ Real Madrid bejn l-2014 u l-2020. Hu lagħab ukoll ma’ Bayern Munich, Everton, Al Rayyan u Olympiakos.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport