Saturday, December 21, 2024

Jammetti li aggredixxa xufier b’helmet f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

David Farrugia, ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar ammetta l-akkuża li kkaġuna ġrieħi gravi lil raġel ieħor meta aggredih bil-helmet tal-mutur tiegħu fit-triq.

Dan il-każ seħħ il-ġimgħa li għaddiet meta kien seħħ inċident tat-tfaffiku f’San Pawl il-Baħar. Farrugia ġie akkużat ukoll li sar riċediv.

Il-Qorti kkundannat lir-raġel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €2,000.

Ekonomija

Sport