Thursday, March 14, 2024

Jammetti li meta kien Arċisqof kien f’laqgħa dwar każ ta’ abbuż sesswali

Aqra wkoll

Il-Papa Emeritu Benedittu XVI illum ammetta li fl-1980 kien f’laqgħa dwar każ ta’ abbuż sesswali meta kien qed iservi bħala Arċisqof ta’ Munich, u qal li bi żball qal lill-investigaturi Ġermaniżi li ma kienx hemm.

Rapport maħruġ il-ġimgħa li għaddiet dwar abbużi sesswali fl-arċidjoċesi li seħħew mill-1945 sal-2019 qal li dak iż-żmien il-Kardinal Joseph Ratzinger naqas milli jieħu azzjoni kontra erba’ każi ta’ allegat abbuż meta kien Arċisqof bejn is-snin 1977 u l-1982. 

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ħamis li għadda fi Munich, l-avukati li investigaw l-abbuż ikkontestaw dak li qal Benedittu fi stqarrija ta’ 82 paġna li fiha kien qal li ma jiftakarx li attenda laqgħa fl-1980 biex jiddiskuti l-każ ta’ qassis li abbuża.

L-avukati qalu li dan jikkontradixxi dokumenti fil-pussess tagħhom.

Intant, fi stqarrija llum, is-segretarju personali tal-Papa Emeritu, l-Arċisqof Georg Ganswein, qal li Benedittu attenda għal-laqgħa iżda l-esklużjoni ta’ dan il-fatt kien riżultat ta’ nuqqas ta’ attenzjoni fl-editjar tal-istqarrija u li ma saritx b’intenzjoni ħażina.

Gänswein qal li Benedittu “jiddispjaċih ħafna” għal dan u talab maħfra, filwaqt li midja internazzjonali rrappurtat li qal li dak li qara mir-rapport sa issa jimlieh “bil-mistħija u bl-uġiegħ dwar it-tbatija” kkaġunata fuq il-vittmi.

Benedittu XVI qed jippjana li joħroġ stqarrija dettaljata aktar tard, qal Gänswein.

Ekonomija

Sport