Tuesday, February 18, 2025

Jammetti li pprova jisraq minn ħanut f’Birkirkara

Aqra wkoll

Carlin Baldacchino ta’ 27 sena tressaq il-Qorti fejn ammetta li pprova jisraq minn ħanut f’Birkirkara u hedded lis-sid bi flixkun tal-ħġieġ imkisser.

Huwa mifhum li sid il-ħanut ipprova jirreżisti lill-ħalliel, b’dan tal-aħħar ikisser flixkun tal-ħġieġ u beda jheddu bih. 

Il-Prosekuzzjoni talbet għal sentenza li tkun fil-minimu tagħha u anke li jingħata ordni ta’ trattament. 

Il-Qorti preseduta mll-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li se tagħti s-sentenza fit-3 ta’ Marzu li ġej. Sadanittant huwa baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia flimkien mal-Avukat Giuliana Magro Conti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport