Thursday, April 25, 2024

Jammetti li seraq flus kontanti minn fuq anzjana f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Brandon Luke Meilaq ta’ 35 sena minn Ħaż-Żabbar tressaq fil-Qorti fejn ammetta li seraq flus kontanti minn fuq anzjana ta’ 74 sena. Il-każ seħħ fl-14 ta’ Jannar li għadda, għall-ħabta tal-5.00 p.m., f’Ħaż-Żabbar.

Meliaq, li fil-Qorti ħareġ li għandu problema ta’ droga, kien ukoll mixli li darab ħafif lill-anzjana u li sar reċediv. Huwa kien ukoll mixli b’serqa oħra, did-darba minn ġewwa karozza, liema serqa seħħet tliet ijiem qabel. F’dan l-aħħar każ insterqu €70.

L-imputat kien ammetta mal-Pulizija waqt l-interrogazzjoni li kien wettaq dawn ir-reati u ammetta wkoll fil-Qorti. 

L-Avukat Charmaine Cherrett, li dehret għar-raġel, talbet lill-Qorti biex isir pre-sentencing fil-konfront tal-imputat qabel tingħata s-sentenza liema talba ġiet milqugħa mill-Qorti.

Il-każ ikompli fil-21 ta’ Frar. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Kurt Farrugia 

Sport