Saturday, May 4, 2024

Kayden Lagana u Nicholas Muscat jirbħu midalja oħra fil-Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling

Aqra wkoll

Wara l-wirja mill-aqwa tal-bieraħ li fiha ksibu l-ewwel u t-tieni post fis-singles, Kayden Lagana’ u Nicholas Muscat żammew il-forma brillanti tagħhom biex dalgħodu f’Ruma kklassifikaw fit-tieni post fl-avveniment tad-doubles maskili.

Iż-żewġ plejers lagħbu ferm tajjeb, b’Nicholas jiskeb 1219 punt u Kayden 1206 punt. It-tim beda bl-aqwa mod possibbli u kien mal-ewwel ħamsa għal tul ta’ ħin. Muscat kellu bidu b’saħħtu ħafna, lagħab medja ta’ 216 punt fl-ewwel tliet logħbiet, u kompla b’ritmu qawwi.

Lagana’ kellu logħba iebsa, iżda mbagħad kiseb 276 punt fl-l-aħħar logħba brillanti biex b’hekk Malta għelbet lil Franza u l-Italja u spiċċajna fit-tieni post wara Griegi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport