Saturday, December 21, 2024

Jammetti li seraq minn bott tad-donazzjonijiet f’kafetterija biex jixtri d-droga

Aqra wkoll

Manpreet Singh ta’ 27 sena ammetta quddiem il-Qorti li seraq 150 ewro minn bott tad-donazzjonijiet f’waħda mill-kafetteriji biex ikun jista’ jixtri d-droga. Singh hu ta’ nazzjonalità Indjana.

Hu kien akkużat ukoll li kien jgħix ta’ għass u ta’ vagabond.

Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li r-raġel ġie dentifikat minn filmati ta’ CCTV li hemm fl-inħawi tal-kafetterija. Hu kien libes hoodie u kien qiegħed iġorr basket wara dahru. Fil-filmat deher jisraq il-flus mill-bott tad-donazzjonijiet f’kafetterija li tinsab San Pawl il-Baħar.

Kien uffiċjal tal-Pulizija tal-Komunità fil-Ħamrun li ftit aktar minn siegħa wara li l-każ beda jiġi investigat innota raġel li kien jixbaħ ħafna lis-suspettat. Hu kien l-libes l-istess ħwejjeġ u anke kien qiegħed iġorr il-basket wara dahru. Kien hawn li l-uffiċjal tal-Pulizija arrestah.

L-Indjan ammetta li kien seraq il-flus filwaqt li qal lill-pulizija li dan kien żball stupidu.

Il-Pulizija fil-Qorti qalet li Singh għandu problema tad-droga u li għandu bżonn jindirizza. Is-sentenza se tkun qiegħda tingħata nhar it-Tnejn li ġej.

Ekonomija

Sport