Saturday, May 18, 2024

Jannik Sinner jirbaħ l-Australian Open

Aqra wkoll

Jannik Sinner rebaħ l-ewwel titlu ta’ Grand Slam meta f’finali eċċitant għeleb lir-Russu, Daniil Medvedev, biex rebaħ l-Australian Open. 

It-Taljan Sinner, ta’ 22 sena, irkupra minn żvantaġġ ta’ żewġ sets biex rebaħ 3-6 3-6 6-4 6-4 6-3 fl-ewwel finali maġġuri tiegħu.

Ir-raba’ seed, Sinner, inizjalment ma setax ilaħħaq mal-pass tar-Russu iżda mmatura mal-kors tal-logħba.

Kienet esperjenza qarsa oħra għal Medvedev, li wkoll tilef vantaġġ ta’ żewġ sets kontra Rafael Nadal fil-finali tal-2022.

Din il-logħba ppreżentat champion ġdid wara li Sinner għeleb lil Novak Djokovic fis-semi-finali. 

Sinner assigura li jnaqqax ismu fuq it-trofew … li ħafna kienu bassru li kien se jwassal għal trijonf tal-Grand Slam – wara partita epika li damet kważi erba’ sigħat.

It-tielet seed Medvedev tilef ħamsa mis-sitt finali ewlenin tiegħu, inklużi żewġ finali konsekuttiv kontra Djokovic fl-2021 u Nadal fl-2022, f’Melbourne Park.

Sport