Saturday, December 21, 2024

“Jaqbel għal kulħadd li ma jkollokx persuni li jaqgħu fil-vizzju tal-logħob” – Il-Ministru Silvio

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu ttellgħet konferenza stampa b’rabta mal-għotja ta’ €50,000 minn Maltco Lotteries lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli. Fil-kummenti tiegħu l-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri spjega li skont studiu riċenti jidher li l-pandemija tal-COVID-19 ġabet magħha ħafna impatti negattivi, fosthom li individwi rrikorrew għal vizzji. 

Il-Ministru laqa’ b’sodisfazzjon din l-għajnuna finanzjarja li se twassal sabiex ir-RGF tkompli b’iktar inizjattivi li jbegħdu lin-nies mill-vizzji.

F’kummenti lil dan is-sit, il-Ministru Schembri kellimna dwar ir-relazzjoni bejn il-Fondazzjoni għal-Logħob responsabbli u li l-industrija tal-logħob tkompli tikber. 

Il-Ministru spjega li dawn imorru t-tnejn flimkien għax mhu fl-interess ta’ ħadd li l-logħob jirkeb lill-ġukaturi. Dan għaliex il-probabbilità kbira hi li meta dan jiġri jkun qiegħed jirkbek fl-intjier tiegħu u b’hekk iwassal għal problemi finanzjarji. Dan iwassal biex l-operatur eventwalment jitlef lill-persuna li ma jkollux aktar flus x’jilgħab. Min-naħa tal-gvern dan ma jridx li dan iseħħ għax dan ikun ifisser li jiżdiedu l-problemi soċjali fil-ħajja tagħhom.

“Għalhekk jaqbel għal kulħadd li ma jkollokx persuni li jaqgħu fil-vizzju u l-logħob għandu jitqies bħala attività li wieħed jieħu pjaċir jagħmilha fejn persuna tibqa’ tgħix il-ħajja tagħha u tilgħab ammont kontrollat f’attività sportiva”.

Ekonomija

Sport