Monday, May 13, 2024

Jarrad Branthwaite fir-radar ta’ Real Madrid

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ Everton Jarrad Branthwaite qed jiġi segwit minn Real Madrid fi Spanja. Dan il-plejer għandu 21 sena u jogħġob ħafna lill-kowċ tal-Merengues, Carlo Ancelotti. Ironikament kien hu stess li tah id-debutt mat-Toffees meta kien kowċ magħhom f’Goodison Park.

Minkejja kollox, mhux Real Madrid biss iriduh hekk kif hemm ukoll Manchester United u Tottenham Hotspur.

Branthwaite jista’ jagħżel lil Real Madrid anke minħabba l-prestiġju li għandu bħala klabb

Sport