Wednesday, July 24, 2024

Marco Asensio fil-mira ta’ Real Sociedad

Aqra wkoll

Real Sociedad ikkuntattjaw lil Paris St Germain sabiex jippruvaw jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Spanjol Marco Asensio.

Huwa mhux qed isib postu mat-tim immexxi minn Luis Enrique fejn ħafna drabi qed jibda fuq il-bank tar-riservi. S’issa hu lagħab biss seba’ logħbiet mal-Pariġini u l-għan tiegħu hu li ma jitlifx postu mat-tim nazzjonali Spanjol għal Euro 2024.

Real Sociedad se jkunu l-avversarji li jmiss ta’ PSG u l-ironija li jekk jingħaqad magħhom, Asensio jkun qed jilgħab kontrihom.

Ekonomija

Sport