Friday, May 17, 2024

Jaslu Malta l-magni tan-nifs

Aqra wkoll

Għada t-Tlieta, fis-2.30 p.m., il-vapur tal-containers Ever Excel li telaq minn Shanghai ċ-Ċina, għandu jorbot fil-Port Ħieles ta’ Malta.  Minnu se jinżlu 30 magna tan-nifs magħrufa bħala Respiratory Health Devices. Dawn il-magni jkunu ta’ bżonn kbir jekk f’Novembru li ġej terġa’ tfaqqa’ l-Covid 19.

Dawn il-magni ġabhom Malta b’xejn l-eks Ministru Reno Calleja, li huwa l-President tal-Għaqda bejn Malta u ċ-Ċina. 

Il-magni tan-nifs, li jiswew għexieren ta’ eluf ta’ ewro ngħataw lilu b’xejn biex jgħaddihom lill-Ministeru tas-Saħħa. Is-Sur Calleja diġà ġab 40,000 maskra b’għotja li tahom lil-Ministeru tas-Saħħa xahrejn ilu.

Din l-għotja ġeneruża lil Malta saret possibbli bil-għajnuna tas-Sinjura Li Xiao Lin li sa xahrejn ilu kienet il-President tal-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn iċ-Ċina u l-poplu tad-dinja.

Din kienet ġiet Malta ġimgħa qabel l-elezzjoni u minkejja li kien fl-eqqel tal-kampanja elettorali, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien aċċetta t-talba tas-Sur Calleja biex jiltaqa’ magħha. Hekk ukoll għamlet il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca.

Dan il-ġest hi qatt ma nsietu u kienet strumentali  biex influwenzat lil-Università Ċiniża biex tkabbar in-negozju bejn l-Ewropa u ċ-Ċina.

Is-Sur Calleja qalilna li jixtieq jirringrazzja minn qalbu lill-Ministru Evarist Bartolo  tal-għajnuna kbira li tah biex din l-għotja setgħet isseħħ. Is-Sur Calleja rringrazzja wkoll lill-Ambaxxatur ta’ Malta fiċ-Ċina, is-Sur John Aquilina li ħa ħsieb biex kollox jimxi ħarir.

Sport