Friday, July 24, 2026
Home Aktar Jispiċċa l-isptar wara li jaħbat f’arblu fil-Marsa

Jispiċċa l-isptar wara li jaħbat f’arblu fil-Marsa

0
652

Ġuvni ta’ 24 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ħabat f’arblu fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.20 a.m.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-ġuvni l-Isptar għall-kura.

Intant il-kundizzjoni medika tal-ġuvni għadu mhux magħruf.