Fil-ħin li għadda waslu pajjiżna 5.6 tunellati ta’ vaċċini kontra l-influwenza. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru Schembri ħeġġeġ lin-nies biex jitlaqqmu u jgħinu lill-Gvern fl-isforzi tiegħu biex kemm jista’ jkun kulħadd ikun f’saħħtu.
Huwa temm billi rringrazzja lill-ħaddiema tal-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta għall-ħidma tagħhom biex dawn il-vaċċini twasslu Malta.