Saturday, December 14, 2024

Jasmine teħtieġ l-għajnuna tagħkom biex tkun tista’ tirċievi trattament newroloġiku fil-Messiku

Aqra wkoll

Iċ-ċkejkna Jasmine, tifla b’kundizzjoni newroloġika, għal darb’oħra teħtieġ l-għajnuna tal-poplu Malti sabiex tkun tista’ tirċievi trattament mediku ‘l barra minn xtutna li fil-fehma tal-ġenituri tagħha, fid-dawl tar-riċerka intensiva li għamlu f’dawn l-aħħar xhur, jista’ jtejjeb il-kundizzjoni ta’ tagħha. Qalu dan Anthony u Stefanie Grech, il-ġenituri tat-tifla, f’kitba li qasmu fuq il-paġna Jasmine’s Journey.

It-trattament, li bejn wieħed u wieħed se jtul ftit inqas minn 40 jum, jikkonsisti f’siegħa terapija kuljum għal medda ta’ 28 ġurnata, kif ukoll xi testijiet oħra. Dan se jsir fil-Messiku.

Il-ġenituri ta’ Jasmine ġa għamlu kuntatt mat-tim newroloġiku fil-Messiku u ġew infurmati li binthom ġiet aċċettata għal dan it-trattament. Anthony u Stefanie qed jaspiraw li jibdewlha t-trattament f’Settembru li ġej. Huma jonqoshom ħaġa waħda biss biex dan ikun possibbli: il-fondi neċessarji, somma ta’ madwar €65,000, biex ikopru l-ispejjeż tat-trattament, tat-titjiriet tal-ajru u l-akkomodazzjoni.

Għal dawk il-persuni li jixtiequ jikkontribwixxu finanzjarjament, jistgħu jagħtu d-donazzjoni tagħhom permezz ta’ bank transfer jew Revolut fuq +35677991456, jew fuq din il-ħolqa: https://zaar.com.mt/projects/introducing-jasmines-journey/.

Ekonomija

Sport