Skont id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, la biex il-kap tal-oppożizzjoni jidħol Kastilja għandu jkun rebaħ elezzjoni ġenerali, mela lanqas hu m’għandu dritt jidħol għax hu għadu ma rebaħ l-ebda elezzjoni. Huwa kompla li mhux talli hekk, talli “mhux ser jerbaħ”.
Fl-istess kitba, Azzopardi semma’ lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia li qal kif huwa mar Kastilja darbtejn din is-sena u għalhekk staqsa dwar x’se jkun qed jinbidel issa.
https://www.facebook.com/AzzopardiJason/posts/3765765136769922