Wednesday, April 24, 2024

Tliet persuni arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ 23 Kilo ħaxixa Kannabis

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħidma oħra mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, irriżultat fl-arrest ta’ tlett irġiel u s-sejba ta’ 23 kilo ħaxixa tal-Kannabis.

Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni fuq il-movimenti ta’ tliet persuni, ftit wara nofsillejl, il-Pulizija ċċirkondawhom u arrestawhom fl-akwati ta’ Marsaxlokk.

It-tlett irġiel – wieħed ta’ 19-il sena residenti Birżebbuġa u t-tnejn l-oħra ta’ 28 sena residenti Marsaxlokk – kienu qegħdin jiġu osservati jniżżlu kaxxi tal-kartun minn fuq skuna tas-sajd li kienet għadha kemm sorġiet max-xatt ta’ Marsaxlokk.

Wara li l-Pulizija komplew josservawhom ipoġġu l-kaxxi ġo vann, ftit wara l-vann instaq minn fuq il-post u l-Pulizija ċċirkondawh mill-ewwel u waqqfuhom. Il-Pulizija kkonfermaw l-investigazzjonijiet li ilhom għaddejjin għal diversi ġranet li fil-kaxxi kien hemm id-droga Kannabis. Irriżulta li b’kollox kien hemm 23 kilo Kannabis.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali u l-persuni arrestati mistennija jitressqu l- Qorti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport