Friday, November 29, 2024

“Tiftaħ l-aħbarijiet u tispiċċa tisma’ stejjer tal-waħx” – Beppe Fenech Adami

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt li kien qed jitkellem dwar l-abbozz ta’ liġi dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità qal li jekk Malta ikollha rapport negattiv mill-MoneyVal dan se jkun tort ta’ dan l-istess gvern. 

Hu enfasizza li “sa llum għadkom tiddefendu lil korrotti”. Saħaq li “kontu tafu li l-affarijiet mhux mexjin sew u bqajtu tiddefenduhom. Illum tiftaħ l-aħbarijiet u tispiċċa tara stejjer tal-waħx. Tisma’ b’ordnijiet biex ċerti investigazzjonijiet ma jimxux. Stejjer tal-waħx ta’ nies viċin il-Prim Ministru Joseph Muscat li intużaw biex iwasslu l-messsaġġi.”

Sport