Saturday, December 21, 2024

Jason Azzopardi se jikkontesta l-elezzjonijiet każwali

Aqra wkoll

Minkejja li meta mitlub għall-kumment minn dan is-sit, l-eks deptutat Nazzjonalista Jason Azzopardi ma weġibx ħlief “No Comment”, fuq il-midja soċjali huwa għamel xorta oħra hekk kif permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu huwa ħabbar li se jikkontesta l-elezzjoni każwali fuq id-disa’ distrett.

Azzopardi kiteb: “Lill-votanti tad-Disa’ Distrett ngħidilhom li tant kemm apprezzajt u ngħożż ir-rispett u l-fiduċja li wrewni, anke jekk kont ilni kandidat hemm verament ftit ġimgħat, li ser nara li nwettaq ix-xewqa tagħhom u nikkontesta l-casual elections li ser ikun hemm. Tassew naf li ma tantx għandi probabilità li nkun elett minn dawn il-casual elections fid-Disa’ Distrett, iżda b’rispett lejhom ser nitfa’ ismi, anke jekk jien realistiku ħafna u naf li ftit hemm ċans għalija.”

Huwa qal ukoll: “Huwa minn ewl id-dinja li r-riżultat tas-Sibt, sew lili u sew lil Partit Nazzjonalista u sew lil kull min ivvota għall-kanddiati tal-PN, inissel fina dieqa u diżappunt. Forsi iktar ukoll. Speċjalment għal dawk minna li litteralment issograw kollox u ħadmu kontra diversi kurrenti biex iwasslu l-messaġġ tal-PN.”

Huwa rringrazzja lill-votanti tar-Raba’ Distrett u feraħ lil Mark Anthony Sammut li ġie elett għall-ewwel darba mir-Raba’ Distrett. 

Ekonomija

Sport