Thursday, November 28, 2024

Jeħel erba’ snin ħabs wara li fil-Qorti ammeta li daħħal id-droga f’pajjiżna

Aqra wkoll

Grieg ta’ 33 sena residenti s-Swieqi ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ġie mmultat €7,000, wara li tressaq il-Qorti mixli li fi Frar ta’ sentejn ilu, daħħal id-droga f’Malta.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-akkużat Chariton Papadas, kien mixli li fi Frar tal-2022 kellu fil-pussess tiegħu u importa d-droga kannabis u li kien kompliċi ma’ persuni oħra biex tiddaħħal id-droga f’pajjiżna.

Quddiem l-Imħallef Neville Camilleri, l-akkużat wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti qablet li l-akkużat iħallas il-multa bir-rata ta’ €200 fix-xahar. Huwa kien ordnat iħallas ukoll €1,377 fi spejjeż tal-esperti fi żmien 3 xhur.

Sport