Raġel ta’ 47 sena kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9.15 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li sewwieq ta’ mutur Kymco residenti Wied il-Għajn kien qed isuq il-mutur meta għal xi raġuni skidja bil-mutur fit-Triq Nazzjonali, fiż-żona ta’ Bieb il-Bombi.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.