Friday, May 3, 2024

290,000 jaqsmu l-fliegu fl-ewwel ġimagħtejn t’Awwissu

… żieda ta’ 8.22% fuq is-sena l-oħra

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu kien hemm 289,764 persuna li qasmu minn u lejn Għawdex. Dan juri li Għawdex għadu destinazzjoni popolari ferm kemm mal-Maltin u anke mat-turisti. Fil-fatt, jirriżulta li dawk li qasmu l-fliegu u l-għadd ta’ vetturi żdiedu bi 8.22% u 1.14% rispettivament u dan meta mqabbel mas-sena li għaddiet. 

Ċifri li għandu f’idejh dan il-ġurnal juru li l-aktar jum li fih qasmu nies bejn iż-żewġ gżejjer kien nhar il-5 t’Awwissu li għadda (23,298) filwaqt li s-sena l-oħra l-aktar jum bieżel kien dak tat-13 ta’ Awwissu (20,920). Mill-banda l-oħra jirriżulta wkoll li żdied l-ammont ta’ dawk li qasmu għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Santa Marija f’Għawdex.

Fil-ġimgħa ta’ Santa Marija, bejn il-Ġimgħa 11 u t-Tlieta 15 t’Awwissu, kien hemm total ta’ 100,646 persuna li qasmu minn u lejn Għawdex, li jfisser żieda ta’ aktar minn 7,000 persuna meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Dan l-ammont huwa inkoraġġanti għas-settur turistiku Għawdxi li jinkludu akkomodazzjoni, ristoranti u oqsma oħra.

Sport