Saturday, December 21, 2024

Jeħlisha ħafif wara li karozza nħakmet minn nirien hu u jaħdem fuqha fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ħelisha ħafif wara li involut f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tan-12:30 p.m.

Il-każ seħħ fi Triq W M Thackeray fin-Naxxar meta persuna kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq karozza meta għal xi raġuni din spiċċat inħakmet minn nirien.

Minnufih issejħet għall-assistenza tal-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li fi ftit minuti kienu fuq il-post u kkontrollaw is-sitwazzjoni.

Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku li ta assistenza lir-raġel fuq il-post minħabba xi ħruq ħafif f’idejh. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport